Il-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, fi stqarrija, esprimiet dispjaċir “li l-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin iddeċieda li jissospendi r-rappreżentanti tiegħu fil-Bord tal-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni.”
L-istess Fondazzjoni ddikjarat li “m’għandha l-ebda dell ikrah fuqha” għax hi “indipendenti, kemm legalment, kif ukoll fil-fatt. Ħadd mill-familja tal-mibki Tumas Fenech qatt ma ndaħal fit-tmexxija tal-Fondazzjoni.”
Fid-dawl ta’ dan, l-Fondazzjoni tesprimi tama “li l-Kunsill jirrikonsidra din id-deċiżjoni tiegħu” u tinnota “li ż-żewġ rappreżentanti tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li ġew “sospiżi”, kienu diġà rriżenjaw mill-Kunsill tal-Ġurnalisti u għalhekk din is-sospensjoni hija vojta.”
Waqt li rreferiet għall-investigazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, il-Fondazzjoni tiddikjara li “l-Familja Tumas ma tistax titqies li hu ta’ min jevita li jkollu kuntatt magħha.”
Fid-dawl ta’ dan, il-Fondazzjoni tinnota li hi baqgħet dinamika, minkejja r-riżenja tal-membri tal-IĠM u tiddikjara li mhix se tħalli “dawn id-diffikultajiet jaqtgħulna qalbna u determinati li nkompli bil-ħidma tagħna favur l-edukazzjoni fil-ġurnaliżmu f’pajjiżna.”
//= $special ?>