Lokali

“Il-ħsara fir-reputazzjoni jista’ jkollha prezz għoli” – l-MEA

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, l-MEA, wissiet li jekk ma jkunx hemm azzjoni kontra l-ħsara fir-reputazzjoni ta’ Malta, qed nirriskjaw li naffaċċjaw prezz għoli.

“Li wieħed itawwal sitwazzjoni ta’ kriżi li issa hi evidenti, ma tagħmel xejn ħlief tkompli tagħmel ħsara lil pajjiżna,” tiddikjara l-MEA.

L-istqarrija tgħid ukoll li “t-talbiet għall-ġustizzja u r-responsabbilta politika għandhom bżonn jiġu ndirizzati f’dan il-mument kritiku biex tkun limitata l-ħsara reputazzjonali li bla dubju kienet u għadha qed issir għad-detriment tan-nazzjon.”

L-Assoċjazzjoni ttenni wkoll li “dan hu perjodu fejn dawk kollha li jemmnu fil-ġustizzja u jgħożżu l-interess nazzjonali jqumu ‘l fuq mill-gwadann partiġġjan, qabel il-ħsara ssir irriversibbli u s-soċjetà Maltija kollha tispiċċa tħallas prezz għoli.”