Lokali Parlament

Il-Prim Ministru ħataf kollox taħt idejh inkluż l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne

  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħataf kollox taħt idejh inkluż l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne

Meta kien qed jitkellem fil-parlament llejla Adrian Delia tkellem dwar il-kunċett ta’ demokrazija u l-mod kif din hi dmaħħla fil-kostituzzjoni ta’ Malta. Il-gvern qed juża’ ħażin is-saħħa li tah il-poplu billli jabbuża minn dan il-poter u qed ikasbar id-demokrazija tal-pajjiż bi ksur tal-kostituzzjoni.

Hu semma’ l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li nqatlet minħabba x-xogħol tagħha. Irridu li ssir ġustizzja biex kull min kellu sehem fil-qtil jieħu dak I ħaqqu bil-liġi. Xejn m’għandu jtellef il-proċess tal-ġustizzja. Il-PN jesiġi li l-proċess investigattiv jitbiegħed mill-indħil tal-politiċi.

L-Ispeaker tal-parlament waqqaf lill-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li s-suġġett skont l-aġenda tal-parlament hu l-eko-kontribuzzjoni u sostna li għadu kif kien ta ruling dwar id-dibattitu fuq is-sitwazzjoni politika.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li kien qed jitkellem fuq l-ambjent iniġġeż fil-pajjiż; fuq power station li kienet wegħda elettorali. Din kienet power station korrotta biex jiggwadanja biss min hu involut bil-kumpanija 17 Black li fiha hemm involut ministru tal-gvern u l-ogħla uffiċjal.

Il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri qajjem point of order u qal li l-ordnijiet tal-Kamra jgħidu li d-deputati jridu jitkellmu fuq is-suġġett. Hu kompa I l-Gvern m’għandux problemi li l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem fuq xhix irid.

L-Ispeaker qal li sakemm il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jitkellem fuq il-power station allura hu korrett.

Meta kompla l-Kap tal-Oppożizzjoni enfażizza li l-Prim Ministru m’għandux jindaħal fl-investigazzjonijiet. Pajjina tilef l-indipendenza għaliex l-organi tal-Istat m’għadhomx indipendenti. Dan hu abbuż tad-demokrazija u defiċjenza sreja ħafna u mod kif pajjiż ma jibqax demokratiku. Dan l-abbuż ta’ poter sar bi pjan u qed ikollu effetti fuq il-pajjiż u fuq il-proċessi li għaddejjin.

Adrian Delia qal li f’Lulju 2011 Joseph Muscat kien talab għar-riżenja taċ-Chief of Saff tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi għax kien ċempel lill-Kummissarju tal-Pulizija; liema telefonata li ma kellhiex effett fuq il-proċessi. Joseph Muscat kien qal li dak li għamel ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Gonzi ma kienx aċċettabbli f’pajjiż demokratiku iżda llum Muscat mhux telefonata qed jagħmel iżda ġab lill-Kummissarju tal-Pulizija ornament.

Fl-aħħar ġarent, ex uffiċjal ogħli tal-pulizija qal lil The Times li dak li qed iseħħ hu bla preċedent għax dejjem kienu l-pulizija li taw id-dettalji dwar l-investigazzjonijiet. Il-Prim Ministru Muscat llum għamel hijack tal-investigazzjonijiet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kompla li dan l-ex uffiċjal ogħli tal-pulizija qed jgħid li l-Prim Ministru ħataf l-investigazzjonijiet tal-pulizija. Prim Ministru qatt m’għandu jindaħal f’investigazzjonijiet kriminali; iktar u iktar meta dawn jinvolvu poltiċi jew nies qrib il-politiċi.

Hu qal li dan beda jsir mill-ewwel siegħat tal-Gvern Laburista meta sar Prim Ministru Joseph Muscat fejn biddell lis-segretarji permanenti u poġġa uffiċjali li kienu yes man. Il-gvern b’hekk għadda l-kuntratti moqżieża li ried hu u l-ministri taw id-direct roders. Il-gvern żarma kull kontroll fl-amministrazzjoni biex is-saħħa tal-politku tkun bla qied. Dan sar fil-FAM; li hu konfermat mill-Ombudsman li f’rapport qal li l-proċess tal-għażla kien bla integrità u kien proċess magħmul biex jinkiseb ir-riżultati li riedu. Is-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney kien qal li kien irċeiva l-policy mill-ministru u ma ħassx li kellha tiġi trattta; aċċettaha kif inhi.. Fuq il-bord tal-għażla tal-FAM kien hemm indħil politiku massiċ fl-Armata tal-pajjiż.

Mill-ewwel Joseph Muscat neħħa lill-uffiċjali ogħla tal-FAM u poġġa flokhom nies qrib tiegħu. Issa l-Prim Ministru qed jgħid li ta struzzjonijiet biex il-FAM jissorveljaw persuni ta’ interess. L-istituzzjonijiet kienu jaħdmu qabel Muscat ħataf kollox taħt idejh, sostna Adrian Delia, li qal li dan seħħ ukoll fil-Pulizija li issa għandha ħames kummissarji tal-pulizija.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-aktar riżenja pertinenti hi dik tale-x Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar li rriżenja meta wasal għandu rapport tal-FIAU li kien jispeċifika li kellha tittieħed azzjoni kontra Keith Schembri. Flok irriżenja Schembri, irriżenja l-Kummissarju Michael Cssar dwar flus li għaddew għand Keith Schembri f’korruzzjoni marbuta mal-bejgħ tal-passaporti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li hemm erba’ rapport tal-FIAU fosthom fuq 17 Black, fuq ħasil ta’ flus bejn Keith Shembri u Adrian Hillamn u fuq il-Pilatus Bank iżda l-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali m’għamlu xejn. Il-Prim Ministru qed jipproteġi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dawn ir-rapporti kellhom iwasslu għal passi iżda f’Malta tkeċċa l-uffiċjal tal-FIAU li ħadem fuq dawn ir-rapporti. Dan hu l-ħsad taż-żerriegħa li l-Prim Ministru żera’; bil-Prim Ministru jataf il-poter tal-pajjiż kollu f’idejh.

Adrian Delia qal li Malta ilha tbati ħafna mill-mod bi ħsieb qed jitmexxa l-pajjiż; il-poplu għandu dritt ikun jaf x’kien jaf il-Prim Ministru fl-aħħar sejtejn u jekk il-Prim Ministru qalx lill-Pulizija dwar dan. Dak li sar fiċ-Ċivil, fil-Pulizja u fil-FAM il-Gvern ipprova jwettqu wkoll fil-ġustizzja. Hu qal Ii hemm ufiċjali li ħadmu minkejja t-tentattivi ta’ nies fil-gvern u sellem lil dawn l-uffiċjali li ma ċedewx għall-pressjoni.

Hu kompla li l-gevrn xellef l-indipendenza tal-parlament fejn żnatura l-funzjoni li din il-Kamra tissorvelja lill-Gvern. Dan qaluh il-Kummissjoni Venezja u l-Kummissarju tal-Istandards. L-Oppożizzjoni qed ipprova tikkoreġi l-mira żbaljata tal-Gvern b’mozzjonijiet u protesti u passi fil-qrati. Is-soċjetà ċivili temmen għaliex temmen li din hi s-siegħa tal-prova li fiha l-pajjiż qed isejjaħlu.

F’dan il-mument l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li kien skadat l-ħin ta’ diskussjoni għall-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Daelia qal li hu kien se jieqaf sakemm il-gvern ma jaċċettax li jkompli d-dibattitu wara li fir-ruling aktar kmieni l-Ispeaker qal li din kienet kwistjoni ta’ natura u ta’ importanza nazzjonali. Hu appella lill-gvern jekk iħossx li għandu jtawwl il-ħin għal dan id-dibattitu.

F’dan il-mument il-Ministru Joe Mizzi għamel l-Aġġornament tal-Parlament u b’hekk intemmet is-seduta.