Lokali

Imut priġunier: tinfetaħ inkjesta

Priġunier fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin miet matul il-lejl li għadda. Rapporti fuq numru ta’ portals jgħidu li l-priġunier x’aktarx miet b’kawżi naturali iżda għaddejja inkjesta sabiex dan ikun ikkonfermat.

Il-Priġunier, raġel ta’ 49 sena residenti f’Birkirkara, daħal l-Isptar Mater Dei għall-ħabta tat-2.50a.m u kien ċertifikat mejjet fit-3.11a.m.