Wara laqgħa maratona f’Kastilja li fiha spikkkat il-qasma fil-Grupp Parlamentari Laburista, tard it-Tnejn billejl Keith Schembri deher dieħel fir-residenza ta’ Joseph Muscat f’Burmarrad.
Fil-fatt, il-vettura li juża’ Schembri dehret għal ħin twil quddiem id-dar tal-Prim Ministru, f’dik li kienet laqgħa fit-tul dwar il-qagħda politika preżenti.
Dan meta isem iċ-Chief of Staff qed jitla’ kontinwament waqt l-investigazzjonijiet li għaddejjin mill-Pulizija dwar il-kumpanija 17 Black.
Keith Schembri ilu ħmistax sħaħ jaħrab lill-media wara li fil-Qorti ħarab milli jwieġeb domandi dwar 17 Black, u spiċċa waqqa’ libell li kien fetaħ hu stess.
Anke dalgħodu stess, Schembri baqa’ jwieġeb ‘no comment’ għad-domandi tal-ġurnalisti, filwaqt li Muscat qed jibqa’ jiddefendih…u saħansitra jagħtih refuġju f’daru.
//= $special ?>