Lokali

Konrad Mizzi jinsa l-aħħar darba li tkellem ma’ Yorgen Fenech

Il-Ministru Konrad Mizzi qed jipprova jagħti x’jifhem li nesa l-aħħar darba li tkellem jew iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech.

Mizzi wieġeb b’dan il-mod meta dalgħodu kien assedjat mill-ġurnalisti barra Kastilja qabel il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista.

Il-Ministru evita d-domandi dwar sieħbu Keith Schembri, filwaqt li baqa’ jiddefendih. Anzi, hu insista li Keith Schembri “ġab il-bidla” fil-pajjiż.

Quddiem l-akkużi serji li qed isiru, Konrad Mizzi wieġeb billi qal biss “I stand tall”.