Adrian Delia jsostni li l-gvern sar ostaġġ tal-kriminalità
It-talba tal-Oppożizzjoni mhix milqugħa
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ressaq talba fil-parlament illum fl-4.30 pm biex il-parlament jaġġorna u jiddibatti immedjatament is-sitwazzjoni politika li sejħilha bħala waħda ta’ kriżi kostituzzjonali u istituzzjonali. Il-gvern oppona din it-talba u l-Ispeaker fis-6.30 pm ta ruling dwar it-talba tal-Oppożizzjoni fejn ma laqax it-talba tal-Oppożizzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkwota l-ordni permamenti 13 li tgħid li deputat jista’ jressaq aġġornament tal-Kamra biex tkun diskussa materja ta’ natura urġenti u wara jippreżenta dikjarazzjoni lill-Ispaler. Dan wara ċ-ċirkostanzi gravi bla preċedent li qed jiżviluppaw fil-pajjiż dwar il-qtil ta’ Daphne Carauna Galizia fejn is-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech inqabad ixaħħam lill-Ministru Konrad Mizzi u lil Keith Schembri iżda dawn għadhom fil-karigi
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru għadu qed jiddefendihom u ma jkeċċihomx. Fl-aħħar siegħat kien mitkellem ukoll mill-pulizija l-Ministru tal-Ekonomija u kienu arrestati membri tas-segretarjat privat tiegħu.
Dawn huma avvenimenti xokkkanti li juri li l-krimimalita organizzata ħamet il-kuriduri tal-gvern u qed iżżomm ostaġġ lill-istess gvern.
Din hi kriżi kostiuzzjonali u istituzzjonali u kkawżat fi kliem Chris Fearne stess “ħsara kważi rreparabbli għal pajjiż”.
Adrian Delia għalhekk ppropona l-aġġornament tal-Kamra għal diskussjoni fuq materja ta’ importanza nazzjonali u urġenti.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb li la darba jkun hemm epilogu tal-proċess investigattiv li għaddej mill-pulizija, hu se jmur fil-parlament u jipproponi dibattitu sħiħ biex iwieġeb il-mistoqsijiet kollha. Hu kompla li jekk id-dibattitu jsir illum, numru ta’ mistoqsijiet u fatti li hu jixtieq jagħmel ma jsirux minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Il-Prim Ministru qal li hu jixtieq li jagħmel stqarrija sħiħa iżda jħoss li mhux f’pożizzjoni li jagħmel dan illum
Il-Prim Ministru kompla li l-ordnijiet tal-Kamra jitkellmu fuq l-immedjatezza iżda dan mhux il-każ għaliex id-dibattitu jista’ jsir f’seduta oħra. Din mhix sitwazzjoni magħluqa, sostna l-Prim Ministru, li kompla li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Il-President ħa l-parir li tingħata l-maħfra presidenzjali u f’ċirkostanzi fejn hemm talba pendenti għal maħfra oħra.
Il-Prim Ministru qal li l-investigazzjoni se ddum biss siegħat jew ġranet u wara ssir id-diskussjoni palamentari fejn tingħata l-informazzjoni kollha.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ċċara li l-Oppożizzjoni mhix se ssaqsi dwar l-investigazzjoni u dwar ir-responsabbiltajiet kriminali u ġudizzjarji iżda biex isir dibattitu dwar l-aġir tal-gvern innifsu u biex nipprovaw dak li Chris Fearne qal meta ddikjara lir-reputazzjoni tal-pajjiż tfarrket tant li jekk ma jsirx xi ħaġa se jkun tard wisq.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Ferane qal li ma kienx qed jitkellem fuq dak li qed jgħid Adrian Delia.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkwota d-dikjarazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Fearne u qal li dan ifisser li jekk ma jsirx xi ħaġa b’urġenza allura dak li tkisser ma jkun jista’ jissewwa qatt. Hu qal li l-ogħla istituzzjoni għandha taħdem biex issalva r-reputazzjoni ta’ Malta u sostna li li l-gvern għandu jindika allura x’inhu immedjat u urġenti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kien hemm deċiżjonijiet parlamentari li huma kuntrarji għal dak li argumenta l-Prim Ministru; li qed jibqa’ jiddefendi u jiċċirkonda lilu nnifsu minn persuni novluti f’diversi każi. Dan qed jhedded id-demokrazija fil-parlament.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li fil-kummenti tiegħu hu qal li hu prijorità tal-parlament li jissolva l-qtil ta’ Caruana Galizia għax dan hu li għamel ħsara lill-pajjiż. Hu qal li għandha ssir diskussjoni biex tinstab tarf ta’ din is-sitwazzjoni.
Il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri qal li t-talba għal dibattitu għandha ssir qabel u mhux wara stqarrija ministerjali.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li rridu l-konfort li l-istituzzjonijiet jitħallew jagħmlu xogħlhom u li dan ma jitwaqqafx minn persuna waħda. Hu talab li l-Ispeaker ma jħallix lill-gevrn jaħrab mid-dibattitu li l-Oppożizzjoni qed tappella għalih.
L-Ispeaker issospenda l-Kamra sakemm jagħti ruling.
Fis-6.30 pm l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta r-ruling tiegħu u qal li l-uġrenza hu element fundamentali biex tinltaqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Hu qal li l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia għadhom għaddejjin u għadhom qed jiżviluppaw. L-Ispeaker kompla li l-każ imressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni hu definit u ta importanza kbira iżda l-parlament m’għandux ikun aġġornat minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin anki minħabba li m’hemmx iċ-ċertezza li d-dibattitu mhux se jeffettwa ħażin id-dritt fundamentali ta’ smiegħ xieraq. Is-Sedja ma ħassitx għalhekk li kellha tilqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni u kompliet bix-xogħol tal-ġurnata.
//= $special ?>