Lokali

Malta jixirqilha aħjar minn Gvern li ma jridx jisma’ lin-nies – PN

Għandna sitwazzjoni f’pajjiżna fejn il-poplu u s-soċjetà ċivili qegħdin jitkellmu fuq dak kollu li qed jiġri f’pajjiżna iżda l-Gvern qed jagħżel li jibqa’ sieket u ma jridx diskussjoni fil-Parlament dwar dan il-mument delikat u importanti għal pajjiżna.

Il-Gvern Laburista ma jridx jisma’ lin-nies.

Illum l-Oppożizzjoni talbet li fil-Parlament jiġi mitkellem it-tkissir tal-istituzzjonijiet u l-kriżi Kostituzzjonali li hawn f’pajjiżna bħalissa. Qed tiġi kkalpestata s-separazzjoni tal-poteri u għandna Gvern li jibqa’ jirrifjuta darba wara l-oħra li jagħmel dibattitu fil-Parlament.

Għalhekk il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għażel li jibqa’ jitkellem fuq dak li huwa l-iktar ħaġa importanti f’pajjiżna bħalissa li ssir ġustizzja, li nħarsu d-demokrazija u l-ħarsien sħiħ tas-saltna tad-dritt.

Il-Partit Nazzjonalista mhux se jieqaf hawnhekk imma se jibqa’ għaddej u se jieħu l-passi kollha meħtieġa skont il-liġi biex jibqa’ l-vuċi tan-nies.

Malta jixirqilha aħjar.