Lokali

Mewt oħra fil-ħabs: Prova oħra li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna fallew

Wara li dalgħodu sar magħruf li kienet mietet persuna oħra fil-ħabs, is-seba’ każ ta’ mewt fl-aħħar sena u nofs, l-Oppożizzjoni qed tesiġi li immedjatament il-Miniitru jwieġeb għal din ir-realtà ta’ falliment totali.  

Fi stqarrija mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità Beppe Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista jesiġi li l-Minstru għall-Intern jerfa’ r-responsabbiltà għal dan il-kollass fejn tant persuni, flok qegħdin jirriformaw ruħhom fil-ħabs, qed jinqabdu ġo ħabs li fih jitilfu ħajjithom.

“Għal dan kollu għanda tintrefa’ r-responsabbiltà politika,” jiddikjara l-Partit Nazzjonalista.