Lokali Qorti

Pass ieħor għall-Qorti Ewropea biex tiddeċiedi dwar is-sistema ta’ kif jiġu appuntati l-membri tal-ġudikatura

L-għola Qorti Ewropea issa tinsab pass eqreb biex tgħid tagħha u tiddeċiedi dwar is-sistema dwar kif jiġu appuntati l-Imħallfin u l-Maġistrati f’Malta wara li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha ta’ Qorti Kostituzzjonali. Dan wara li l-istess Qorti ffinaliżżat referenza dwar dan lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Dan ħareġ f’digriet li ngħata mill-Imħallef Mark Chetcuti li qed jippresiedi l-każ li kienu fetħu l-grupp tas-soċjetà ċivili Repubblika, li qegħdin jikkontendu li s-sistema preżenti ta’ kif jiġu maħtura l-membri tal-ġudikatura hija ħażina, għax din hija fid-diskrezzjoni tal-Prim Ministru, u li din is-sistema tkunu kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea.

Meta kompliet l-kawża, l-Qorti ppreċentat lill-partijiet bil-verżjoni finali ta’ nota ta’ referenza, li kienet tinkludi wkoll mistoqsijiet li se jintbagħtu lill-Qorti Ewropea sabiex din it-talba tibda tinstema’ b’urġenza.

Dan peress li dan kollu mhux biss huwa ta’ nteress nazzjonali iżda possibilment ukoll fatt li jikkonċerna is-sistema ġuridika Ewropea, qalet il-Qorti fl-aħħar parti tar-referenza li għamlet.

“Fuq livell domestiku, l-każ kien qed jaffettwa il-mod kif qed jitmexxew il-każijiet il-quddiem u ċ-ċertezza legalli ta’ kif jingħataw is-sentenza minn Qrati varji, u dawn jinkludu deċiżjonijiet li jingħataw minn membri tal-ġudikatura li ġew appuntati f’April li għadda,” qalet il-Qorti.

“Is-sisien tas-sistema preżenti ġudizzjarja bħalissa jinsabu f’dubju serju minħabba dak li jikkonċerna t-tħaddim Kostituzzjonali tal-istat ta’ Malta,” qal l-Imħallef Chetcuti, fejn saħaq ukoll li fix-xhur li ġejjin numru ta’ Imħallfin se jaslu fl-età tal-irtirar.

“In-nuqqas li dawn ikunu sostitwiti jfisser żieda addizzjonali ta’ pressjoni fuq il-kumplament tal-Imħallfin u l-Maġistrati għad-dannu ta’ dritt fundamentali għal smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli.”

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-Imħallef Chetcuti rmini ta’ regolamenti u proċedura mill-Qorti Ewropea. Sadanittant, l-eks Ministru Laburista Joe Brincat, li kien intervjenda f’din l-azzjoni magħmula minn Repubblika, nforma lill-Qorti li kien b’mod formali qed jirtira l-applikazzjoni li kien għamel fuq il-każ, minħabba li issa se tkun il-Qorti Ewropea li tiddeċiedi.

Il-proċeduri fil-Qorti issa ġew aġġornati sine die sabiex sakemm il-Qorti Ewropea tippronunzja ruħha dwar il-każ. L-Avukati Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Karol Aquilina assistew lir-Repubblika. Għall-Gvern deher l-Avukat Ġenerali Peter Grech u l-Avukat Victoria Buttigieg mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.