Lokali

Tumas Group jiddisassoċċjaw ruħhom minn Yorgen Fenech

F’komunikat għall-media, Tumas Group iddisassoċjaw ruħhom minn Yorgen Fenech u dak kollu li b’xi mod imur kontra l-liġijiet ta’ Malta u minn persuni li huma allegatament jew bi provi involuti f’aġir illegali. Dan b’rabta mal-aktar żviluppi riċenti f’pajjiżna.

L-istqarrija tgħid li l-Grupp huwa mnikket bl-allegazzjonijiet dwar Yorgen Fenech dwar aġir li hu għal kollox kontra l-valuri li minn dejjem ħaddan il-grupp.

L-istqarrija iffirmata minn Raymond Fenech, tgħid li l-istess Fenech iżomm il-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija ta’ Tumas Group u tikkonferma l-impenn tal-grupp fit-tkabbir strateġiku.

Il-grupp saħaq li hu jibqa’ kommess lejn l-istakeholders tiegħu u li se jibqa’ jmexxi n-negozju tiegħu fl-ogħla standards u bi priorità lejn l-interessi tal-Grupp u tal-istakeholders u msieħba, u mhux biss lejn dawk tax-shareholders tagħhom. L-istqarrije ttemm tgħi li kull sforz se jibqa’ jsir sabiex tissalvagwardja r-reputazzjoni ta’ Tumas Group.