Lokali

UFFIĊJALI: Il-‘Middleman’ jingħata l-maħfra Presidenzjali

Melvin Theuma, il-persuna li allegatament kien il-middleman bejn il-persuna li ordnat l-assissinju ta’ Daphne Caruana Galizia u dawk li wettqu l-assissinju tal-ġurnalista, ingħata l-maħfra Presidenzjali.

Melvin Theuma, xufier tat-taxi, ingħata l-maħfra wara li l-ġimgħa li għaddiet, Joseph Muscat iddikjara li ffirma ittra biex din il-maħfra tingħata ġaladarba l-informazzjoni li jsemmi mal-pulizija Theuma, tkun waħda li twassal biex il-kaz jingħalaq.

Din l-aħbar kienet ikkonfermata ftit tal-ħin ilu bi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li ħabbar li l-President ikkunsidra l-parir li ngħatalu u ffirma din il-maħfra.