Lokali

BĦALISSA: Keith Schembri interrogat mill-Pulizija

Rapporti qed jindikaw li fil-lockup tal-Pulizija fl-aħħar minuti għadu kif daħal iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Kmieni dalgħodu kien Net News illi żvela li llum se jkun jum kruċjali fl-investigazzjonijiet relatati mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan wara li, skont sorsi qrib l-investigazzjonijiet, fis-sigħat li għaddew in-negozjant Yorgen Fenech insista mal-Pulizija li lest jagħti xiehda li tipponta lejn iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri…inkluż informazzjoni dwar stejjer ġodda, flimkien ma’ allegazzjonijiet serjissimi li diġa’ kienu fid-dominju pubbliku.

Is-sorsi tagħna qed jikkonfermaw li Fenech lest jagħti din l-informazzjoni biss kemm-il darba jingħata l-proklama. Jidher ukoll li għad hemm dubji serji dwar ir-rwol eżatt ta’ Yorgen Fenech f’dan il-każ ta’ qtil, u mhux eskluż li anke hu seta’ aġixxa bħala “middleman” – xenarju li jagħti dimensjoni ġdida għal dak kollu li assistejna għalih fl-aħħar ġimgħatejn.

Tard ilbieraħ bil-lejl, Net News irrapporta li kien hemm laqgħa twila fir-residenza privata tal-Prim Ministru f’Burmarrad bejn Keith Schembri u Joseph Muscat.

Aktar dettalji u aġġornamenti fil-ħin li ġej.