Id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona li jissospendi lilu nnifsu mill-qadi ministerjali tiegħu hija mingħajr preċedent u ma jidhirx li huwa legali li din il-ħaġa ssir. Dan skont esperti kostituzzjonali li għamlu kuntatt ma’ Times of Malta.
Skont il-kostituzzjoni, ministru jista’ jew jirriżenja jew jitneħħa mill-kariga jew mill-Prim Ministru jew minn mozzjoni parlamentari.
Espert f’dan il-qasam qal li dak li ddikjara l-Ministru Cardona huwa legalment fantasija. Huwa ma jistax jibqa’ ministru, ikollu s-setgħa ta’ ministru, jitħallas bħala ministru u jgawdu l-privileġġi ta’ ministru filwaqt li ma jaqdix dmirijietu u jibqa’ jiftaċċa għax-xogħol. Dan mhux permess skont il-kostituzzjoni u għalhekk il-Prim Ministru għandu jaġixxi.