Lokali

“Inħossni komdu issa u anki fil-futur” – Silvio Schembri

Iħossu komdu issa u fil futur wkoll se jħossu komdu fil-Partit Laburista. Dan kien kliem is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri meta kien mistoqsi jekk iħossux komdu b’dak li għaddej bħalissa fi ħdan il-Partit u l-Gvern Laburista.

Net News ħa r-reazzjoni ta’ Silvio Schembri ftit tal-minuti wara li tħabbret ir-riżenja ta’ Keith Schembri, minn Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, b’rabta mal-investigazzjonijiet mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Mistoqsi jekk jaħsibx li kellu jgħaddi dan iż-żmien kollu biex Keith Schembri jirriżenja, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri rrepeta dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat il-ġimgha li għaddiet meta qal  li l-aħħar żviluppi li qed ikollna juru li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qed jagħmlu xogħlom

Is-Segretarju Parlamentari Schembri pprova jiġġustika dak kollu li qed jaffaċċja pajjiżna billi jgħid li hu jifforma parti minn Gvern li jisma’ u li għandu mandat ċar li jiggverna l-pajjiż u li mhux se jħallu lill-Partit Nazzjonalista jiddetta l-aġenda tal-Gvern.