Lokali Parlament

“Is-siegħa tal-Maltin” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dan mhux il-mument tal-partiti politiċi iżda hu mument ta’ interess nazzjonali; din hi s-siegħa tal-Maltin.

Wraa li tkellem fil-ħin tal-istqarrijiet ministerjali, il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jitkellem bħala l-aħħar kelliem tal-Oppożizzjoni fuq il-liġi dwar l-eko-kontribuzzjoni minflok id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia tkellem dwar l-ambjent fil-pajjiż fejn hawn sitwazzjoni surreali fejn barra l-binja tal-parlament hemm is-soċjetà ċivili li qed turi l-għadab tagħha lejn gvern li hu evidenti li nħataf minn organizzazzjoni kriminali. Qatt fl-istorja ma kellna preċedent fejn llum m’hawnx biss każi ta’ korruzzjoni iżda assassinju istituzzjonalizzat fejn m’hemmx persuna waħda investiga fuq ksur ta’ liġi iżda hemm l-ogħla pożizzjonijiet tal-gvern li huma kompromessi.

Keith Schembri hu persuna ta’ fiduċja tal-Prim Ministru li kellu l-mandat biex jiggverna u għażel biex jassistieh lil Keith Shembri; sitt snin ilu anzi qabel l-2013 u fdah.

Il-Prim Ministru iddkjara għal diversi drabi li għandu fiduċja fih iżda wara li Keith Schembri kien arrestat, il-Prim Ministru klelu għażla li jkeċċih iżda minflok irringrazzjah; irringrazzja lil xi ħadd li jinsab taħt allegazzjonijiet kriminali tal-ogħla grad fil-pajjiż b’akkużi li qatt ma smajna bihom. Din mhix korruzzjoni jew abbuż biss iżda it-tiġrif u t-tkissir ta’ dak kollu li jagħmel demokrazija normali.

Il-Prim Ministru baqa’ jiddefendi lil Keith Schembri

Adrian Delia qal li l-Prim Ministru ma kellux id-diċenza politika li għid ‘issa daqshekk’. Hu kompla li r-reputazzjoni tal-pajjiż tfarrket fejn id-Deputat Prim Ministru jitkellem bi trankwilita u jgħid li tkisser il-pajjiż. Hu qal li fadal opportunità li dan it-tkissir ma jkunx irrimedjabbli biex ma jkunx tard wisq u kompla li l-Oppożizzjoni imxiet bi prudenza u kawtela. L-interess tal-Oppożizzjoni hu l-pajjiż, il-ġenerazzjonijiet futuri u mhux il-poter jew il-partit.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-d-deputati għandhom obbligu li jfehmu lin-nies x’qed jiġri; in-nies, l-istudenti u n-negozji waqfu u qed jistennew direzzjoni. Ħasbu li se jsibu d-direzzjoni il-parlament; in-nies ma jafux x’qed jiġri għaliex qisu qed iseħħ episodju drammatiku li ma jseħħx f’pajjiżi oħra fejn il-gvern għandu maġġoranza b’saħħitha.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-Prim Ministru mhxu kapaċi jieħu deċiżjonijiet għalkemm meta ħaddieħor naqas ħafna inqas minn Keith Schembri ġiegħlu jirriżenja. Fost dawn kien hemm ir-riżenja ta’ Manwel Mallia minn ministru minħabba aġir ta’ xufier tiegħu. Kien hemm ukoll il-każ ta’ Michal Falozn li kien tneħħa minn Segretrju Palramentari minħabba impjegat tal-uffiċċju tiegħu. Ma’ dawn il-Prim Ministru wera s-saħħa tiegħu. Issa m’hemmx skrivani jew xufier involuti iżda hemm l-aktar persuna intima qrib bil-Prim Ministru; li hu imbroljat fl-aħħar każ ta’ korruzzjoni u assassinju istituzzjonalizzata bil-Prim Ministru jirringrazzjah.

Adrina Delia qal li Keith Schembri qed jisraq lil pajjiżna u min jikser il-liġi jrid ipatti f’pajjiżna għaliex ħadd m’hu ogħla mill-pajjiż; lanqas il-Ministru Konrad Mizzi. Minkejja kollox il-Prim Ministru qal lil Keith Schembri ‘to move on’. Hawn min għamel negozju ta’ €2000 miljun u l-Ministru Mizzi pprova jaħrab milli jixhed. Il-Ministru Konrad Mizzi ma jistax jidher iktar quddiem il-poplu Malti.

Il-Ministru Konrad Mizzi ma jistax jidher quddiem il-poplu Malti

Adrian Delia kompla li din mhix kwistjoni ta’ politika paritġġjana u jekk jaħseb hekk, il-gvern għandu diżabbiltà li jifhem il-mument storiku li qed jgħix il-pajjiż. In-nies qed jgħidu lill-gvern biex iqum għaliex din mhix dwar il-partiti politiċi iżda dan hu mument għall-pajjiż; din hi s-siegħa ta’ Malta fejn kull min jemmen fil-pajjiż għandu s-sejħa li jqum jitkellem.

Il-konsegwenzi huma li bl-aġir tal-Gvern qed tinkiser il-kostituzzjoni dwar is-separazzjoni tal-poteri fejn min jiggverna jrid jiggverna għan-nies u mhux għalih. Dan b’mod li jirrispetta l-kostituzzjoni.

Adrian Delia qal li l-Prim Ministru ma jistax ikun ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kap Kmandant tal-FAM jew l-Avukat Ġenerali u ma jridx jerfa’ r-responabbiltà politika tiegħu. Dwar din ir-responsabbiltà politka, Adrian Delia qal li hu propju l-Prim Ministru qed joħloq din l-instabbilità. Hu kompla li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hu istituzzjoni fil-governanza tal-pajjiż u meta dan l-Uffiċċju u l-persuna li qed tikkontrolla dan l-Uffiċċju jkun mittiefes, dan l-Uffiċċju ma jistax jagħmel xogħlu. Illum hawn sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru ġie kompromess u m’għadux tenibbli u ma jistax jieħu deċiżjonijiet favur il-Maltin iżda biex jipproteġi lil dawk ta’ madwaru, sostna Adrian Delia.