Internazzjonali

Italja: Jiżbarkaw l-immigranti tal-Open Arms f’Taranto…

Il-bastiment tal-NGO Spanjol Open Arms li qed imexxi l-missjonijiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran tefa’ l-ankri fil-port ta’ Taranto, fejn żbarkaw it-62 immigrant ta’ fuqu li, fl-aħħar jiem, kienu ttellgħu miz-zoni tal-baħar bejn l-Italja u l-Libja. Dan kien possibbli wara li ngħata l-permess mill-Ministru tal-Intern tal-Italja, Luciana Lamorgese.

Mas-26 minorenni, fosthom 24 li ma kenux akkumpanjati minn adulti, kienu fost l-immigranti fuq il-bastiment. Kien ikkonfermat li wieħed mill-immigranti kellu ġrieħi kaġunati minn arma tan-nar waqt li oħrajn qegħdin ibatu minn ħruq serju.

Inizjalment, mat-73 persuna kienu abbord il-bastiment, iżda 11 minnhom, fosthom tfal, il-familji tagħhom u xi midruba – kienu trasferiti lejn Augusta, nhar il-Ħadd.

Ladarba l-immigranti tal-Open Arms jikkonkludu l-eżamijiet mediċi u proceduri ta’ identifikazzjoni, huma għandhom jinqasmu taħt il-ftehim għar-ridistribuzzjoni (iffirmat ġimgħat ilu f’Malta) bil-għan li l-piż ( tar-refuġjati) jinġarr minn diversi pajjiżi.

Skont l-uffiċjali, il-minorenni mhumiex akkumpanjati li niżlu mill-bastiment tal-Open Arms għandhom jitqassmu lejn iċ-ċentri madwar l-Italja.