Keith Schembri rriżenja mill-kariga ta’ Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Din l-aħbar tħabbret waqt konferenza stampa indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn il-ġurnalisti ta’ Net News għal darb’oħra ma kinux mistiedna.
Mark Farrugia se jkun qed jieħu l-post fl-irwol li kellu Schembri.
Joseph Muscat ikkonferma l-aħbar li żvela Net News lbieraħ filgħaxija li kellu laqgħa ma’ Keith Schembri fir-residenza tiegħu.
Muscat saħaq ukoll li se jieħu r-responsabbiltà għall-fatt li żamm lil Keith Schembri bħala Chief of Staff.C
Fid-dawl ta’ dan Muscat kompla jikkonferma li d-deċiżjonijiet qed jeħodhom waħdu.
Il-Pulizija mistennija tinterroga lill-eks Chief of Staff Keith Schembri. Rapporti infatti qed jindikaw li fid-depot tal-Pulizija fil-Floriana fl-aħħar ħin daħal Keith Schembri.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>