Lokali

Tkompli l-pressjoni min-naħa ta’ Evarist Bartolo

Il-Ministru Evarist Bartolo kompla bil-pressjoni kontra l-Gvern ta’ Joseph Muscat sabiex tittieħed azzjoni fuq is-sitwazzjoni politika preżenti f’pajjiżna.

F’post ieħor fuq facebook, Evarist Bartolo, b’reazzjoni għal dak li ġara lbieraħ fil-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, kiteb li “jekk hemm xi nar jaqbad f’xi bini, mhux titfi l-fire alarm trid, imma titfi n-nar”. Ta parir ukoll li “jekk trid tmexxi aħjar, maż-żmien titgħallem li meta jiġi xi ħadd jilmenta jew jikkritika xi ħaġa li int responsabbli għaliha, isimgħu sew u agħtu kasu “.

Iżda dak li Bartolo qed jikteb fuq il-media soċjali, mhux qed jirrifletti dak li qed jgħid meta qed ikun ikkonfrontat mill-ġurnalisti. Dan hekk kif ilbieraħ, fi tmiem laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburisti, l-istess Bartolo ma kkummentax dwar dak li seħħ wara bibien magħluqa…. fejna ma weġibx għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti jekk Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhomx jirriżenjaw.