Lokali

Konrad Mizzi jibqa’ jaħrab milli jwieġeb

Dan wara li Adrian Delia insista li Konrad Mizzi għandu jidher quddiem il-Qorti…jekk le kien se jinħareġ mandat ta’ arrest

Tkompli tinstema’ il-kawża ta’ Vitals.

Il-Qorti laqghet t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u ordnat mandat t’arrest li jaqa’ biss jekk jiġi llum waqt is-seduta…. tliet kwarti wara daħal fil-Qorti Konrad Mizzi.

Ix-xhieda tal-Ministru Konrad Mizzi intemmet pero għal maġġoranza tad-domandi li staqsa l-Avukat Jason Azzopardi f’isem il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministru wieġeb “ma jafx” jew “ma jiftakarx”.

Konrad Mizzi ddikjara wkoll li d-deċiżjoni biex intgħażlu Vitals biex jieħdu l-isptarijiet ta’ Malta kienet ta’ Evalution Board li fih kien hemm il-kumpanija Nexia BT… Dan il-bord kien innota li Vitals kellhom esperjenza kbira fil-qasam tas-saħħa anke jekk il-Ministru tas-saħħa preżenti, Chris Fearne, meta ġab lil Steward Healthcare kien qal l huma ‘the real thing’

Dan filwaqt li l-Ministru Chris Fearne ma attendiex pero kien skużat mill-Maġistrat Francesco Depasquale.