Lokali Qtil Politiku

Yorgen Fenech ċempel lil Keith Schembri qabel ipprova jaħrab – Sorsi

Is-sit LovinMalta jiżvela dawn l-affarijiet xokkanti

Wieħed mill-aħħar persuni li Yorgen Fenech ċempel qabel prova jaħrab minn Malta bil-jott tiegħu kien ħadd ħlief Keith Schembri, li dalgħodu għadu kif irriżenja minn Chief of Staff tal-Prim Ministru, Joseph Muscat.

Dan ġie żvelat fl-aħħar ħinijiet mis-sit LovinMalta, fejn skont is-sorsi tas-sit, it-telefonata ma kinitx waħda qasira u hija suġġetta għall-aktar investigazzjonijiet.

Skont is-sorsi tas-sit, Schembri kien f’kuntatt regolari ma’ Yorgen Fenech fil-jiem qabel l-arrest u jidher li kien qed iżommu aġġornat bl-aħħar żviluppi b’rabta mal-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.