Lokali

Yorgen Fenech ġie rilaxxat; jibqa’ jistenna tweġiba dwar il-proklama

Net News jinsab infurmat li Yorgen Fenech ġie rilaxxat mill-Pulizija hekk kif skadew it-48 siegħa mogħtija lilhom sabiex huwa jinżamm arrestat.

Yorgen Fenech għadu jistenna tweġiba dwar it-talba li għamel għall-Proklama jew Maħfra Presidenzjali li talab biex jikxed dak kollu li jaf b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Yorgen Fenech kien ġie arrestat kmieni nhar l-Erbgħa fuq il-jott tiegħu hu u ħiereġ mill-ibħra Maltin.