Lokali

Deċiżjoni fl-interess nazzjonali – PN

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-PN kien iddecieda li jsejjaħ dimostrazzjoni Nazzjonali nhar il-Ħadd li ġej.

Ilbieraħ filgħaxija il-Kap tal-PN Adrian Delia tkellem fil-Parlament fuq l-iżvilluppi tal-ġurnata. Adrian Delia qal li l-kriżi bla preċedent li qed jaffaċċja l-pajjiż bħalissa titlob għaqda nazzjonali bil-parteċipazzjoni ta’ kull min għandu rieda tajba. Filgħaxija reġa’ kelli kuntatt mal-President ta’ Malta George Vella.

L-interess nazzjonali jitlob li tikber l-opportunità li nies ta’ ideat u twemmin differenti jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proċess demokratiku li jwassal għall-aħjar soluzzjonijiet li jġibu lura stabbilità u kredibbiltà f’pajjiżna. Fid-dawl ta’ dan, il-PN qed jiddeċiedi li jipposponi d-dimostrazzjoni Nazzjonali li kienet maħsuba għall-Ħadd li ġej.