Kor wieħed ta’ kundanna għall-Gvern ta’ Joseph Muscat – il-ġurnali kollha dalgħodu mixgħula bil-kriżi li qed jiffaċja l-Prim Ministru.
Il-MaltaToday bit-titlu “Meltdown” fil-faċċata tagħha, b’referenza ċara għal Gvern li qed jikrolla. “Ġurnata ta’ Tensjoni” huwa t-titlu li għażel “l-Orizzont” għall-ewwel paġna.
“Terremot fil-Gvern ta’ Muscat” it-titlu ta’ In-Nazzjon.
L-Independent juża l-frażi “Black Tuesday” biex jirreferi għall-kollass politiku li assistejna għalih ilbieraħ, filwaqt li it-Times bit-titlu “Malta in Turmoil”.
//= $special ?>