Il-familja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia għamlu talba urġenti għal laqgħa mal-Avukat Ġenerali sabiex jitolbu aktar dettalji dwar il-maħfra Presidenzjali għal Yorgen Fenech.
Skont il-ġurnal Times of Malta li żvela dan fl-aħħar ħin, il-familja sa issa għada bla tweġiba għat-talba tagħhom.
L-imprenditur magħruf, Yorgen Fenech kien ġie arrestat ftit tal-jiem ilu fuq il-jott tiegħu hu u ħiereġ mill-ibħra Maltin kmieni filgħodu u nhar it-Tnejn għamel formali talba għal maħfra Presidenzjali.
Huwa jinsab implikat fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, u huwa wkoll is-sid tal-kumpanija 17 Black, li kellha arranġament biex tgħaddi €5,000 kuljum fil-kumpaniji sigrieti fil-Panama tal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Eks Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi.
//= $special ?>