Lokali

JCA favur li ssir ġustizzja biex issaltan id-demokrazija

Il-Junior Chamber of Advocates (JCA) se tkun qed tivvota favur ir-riżoluzzjoni KSU KPS li se tkun preżentata llejla.

Dan tħabbar fuq post fuq Facebook fejn qalu li bħala studenti tal-liġi jemmnu li huwa fid-dover li jibqgħu mal-linja tal-professjoni u l-etika li qed jistudjaw. Huma sostnew li se jqumu kontra dawk li qed jippruvaw jieħdu vantaġġ mill-pożizzjoni u jippruvaw ikunu ‘l fuq mil-liġi.

JCA temmen li trid issir ġustizzja biex tibqa d-demokrazija f’pajjiżna.

https://www.facebook.com/juniorchamberofadvocates/posts/1126041787597955