Lokali

Keith Schembri jinqabad! It-tabib ammetta li għenu jgħaddi messaġġ lil Yorgen Fenech – sorsi

Is-sit LovinMalta qed jirrapporta li t-tabib Adrian Vella ammetta li għadda messaġġ ta’ Keith Schembri lin-negozjant Yorgen Fenech sabiex jitfa’ fuqu xi forma ta’ pressjoni.

Dalgħodu diversi rapporti kienu qed jindikaw illi l-eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, uża lit-tabib ta’ Yorgen Fenech biex iwassallu messaġġ dirett “Tikxifnix!”.

Wara dan l-iżvilupp, il-Pulizija arrestaw lil Keith Schembri.

It-tabib qed jiġi identifikat bħala Dr Adrian Vella, u jidher li fl-aħħar sigħat ġie interrogat mill-Pulizija fid-Depot tal-Furjana. Hu kien rilaxxat wara l-interrogazzjoni. Vella huwa wkoll it-tabib personali ta’ Keith Schembri.

Net News hu infurmat illi kien l-istess Yorgen Fenech li kixef din il-manuva ta’ Keith Schembri li allegatament prova jinfluwenzah b’messaġġi li wassal tramite it-tabib tiegħu, Adrian Vella.