Lokali Parlament

L-Ispeaker iwissi dwar tensjoni fil-parlament…miżuri meħuda fuq barra

L-Ispeaker tal-parlament Anġlu Farrugia wissa’ lid-deputati li jekk jerġa’ jkun hemm id-diżordni li kien fil-parlament fis-seduta tat-Tlieta 26 ta’ Novembru 2019 hu kien lest jissospendi u anki jaġġorna l-Kamra.

Fis-seduta tal-lum waranofsinhar l-Ispeaker qal li lbieraħ barra l-parlament kien hemm deputati li sofrew danni fil-karozzi u għalhekk kienet riveduta s-sigurtà fil-parlament anki fl-interess tad-deputati. Għalhekk ittieħdu miżuri fil-priferija tal-parlament biex din issa inbidlet.

Wara d-diżordni li kien hemm fis-seduta tat-Tlieta, l-Ispeaker qal li l-parlament mhux arena tal-għajjat għax dan mhux eżemplari għall-poplu Malti. Hu kompla jekk ikun hemm diżorni kbir bħas-seduta tat-Tlieta hu lest jissopendi u jaġġorna l-Kamra.