L-istudenti jitolbu għar-riżenja tal-Prim Ministru

Numru kbir ta’ assoċjazzjonijiet studenteski ngħaqdu f’riżoluzzjoni mmexxija mill-KSU fid-dawl ta’ dak li qed jiġri f’pajjiżna.

L-istudenti qed jitolbu lill-Prim Ministru jirreżenja wara l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar ġranet. Huma talbu investigazzjoni fix-xiri pubbliku li jinvolvi lil Keith Schembri, Konrad Mizzi u Chris Cardona.

Żiedu jgħidu li hemm bżonn isiru iżjed ‘checks and balances’ biex fil-futur sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu evitati għalkollox. Dan għaliex hemm bżonn jissaħħaħ iżjed il-kunċett tas-separazzjoni tal-poteri f’pajjiżna.

Din ir-riżoluzzjoni għaddiet permezz tal-Kummissjoni tal-Policies Soċjali (KPS).

Ir-riżoluzzjoni ġiet iffirmata minn total ta’ 26 assoċjazzjoni li huma;
JEF Malta, MHSA, ASCS, Wolves RFC, ELSA Malta, SACES, USPA, SHS, MMSA, UESA, UBG, SDM, DESA, MIRSA, JCA, ESA, IAESTE, Insite, SCubed, ESO, GUG, The Third Eye, ALLT, TDM 2000 Malta, SPS u MAKE.

Illejla l-KSU ser ikun qed jingħaqad mal-protesta fil-Belt Valletta.