Lokali

Mara ssofri ġrieħi serji

Mara kellha tittieħed b’emerġenza l-isptar Mater Dei wara li waqgħet it-taraġ f’residenza privata.

Illum, għall-ħabta tas-1:30am, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li mara kienet sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet ġewwa residenza privata li tinsab fi Triq il-Kaħwiela, Santa Luċija.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-mara, li għandha 59 sena u residenti Santa Luċija stess, għal xi raġuni waqgħet it-taraġ u weġġgħet.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u permezz t’ambulanza l-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Iktar tard, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.