Lokali Parlament

Ministru….kif se ssabbar lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia?

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech staqa fil-parlment illejla lill-Ministru għall-Familja Michael Farrugia kif dan il-pajjiż jista’ jsabbar lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia meta issa hu magħruf li hi inqatlet minħabba l-impunità li hawn fil-pajjiż.

Il-Ministru Michael Falzon wieġeb li s-sentiment tal-Kamra hu li ħadd mid-deputati ma jrid jeskludi lil ħadd; kif għamel il-gvern biċ-children’s allowance u ċ-child care b’xejn. Hu qal li jikkundanna l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa jekk hix pervrżjoni tal-ġustizzja li l-Prim Ministru ma ħax passi kontra l-qattiel Keith Schembri u l-korrott Konrad Mizzi għaliex kieku dan sar il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għadha ħajja.

Id-deputat nazjzonalista Jason Azzopardi jsostni li Keith Schembri hu qattiel u l-Ministru Konrad Mizzi hu korrott

Il_Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hu lest jassumi responsabbiltà ta’ kull kelma li tgħid l-Oppożizzjoni meta l-Prim Ministeru jerfa’ r-responabbiltà tal-aġir tad-deputati tal-Gvern.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jerfa’ r-responsabbiltà għall-aġir tal-Oppożizzjoni

Il-Minsitru Falzon qal li hu responsabbli għall-qasam soċjali u mhux se jkun hu li jirribatti għal akkużi li qed isiru fuq żewġ persuni tan-naħa tal-gvern bil-kliem qattiel u korrott.