Lokali

AĠĠORNATA: Il-protesta timblokka Triq Sant’Anna

Sigurta' massima quddiem il-Parlament

Il-Pulizija ħadu miżuri eċċezzjonali quddiem il-Parlament qabel il-protesta li ssejħet illejla mis-soċjeta’ ċivili. Dan sar permezz ta’ numru kbir ta’ barrikati li ċċirkundaw id-dawra kollha tal-Parlament.

L-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anglu Farrugia llejla ħabbar li
żdiedet is-sigurtà fl-inħawi tal-Parlament inkluż il-parkeġġ fl-interess tad-deputati.

Iżda minkejja dawn il-miżuri, in-nies xorta ma qatgħux qalbhom.

Wara d-dimostrazzjoni quddiem il-Parlament, il-protesta imxiet lejn Kastilja. U aktar tard baqgħet sejra lejn Triq Sant’Anna fejn dawk preżenti imbulkkaw l-aċċess minn u lejn il-Belt Valletta.