Lokali

Stqarrija mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (MPA)

Il-Malta Police Association tixtieq tikjarifika li filwaqt li nġeddu l-kundanna lejn kull attakk lejn uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija.

Madanakollu tikkundanna u tichad b’mod assolut l-artiklu maħruġ minn One News li b’xi mod l-Assoċċjazjoni identifikat il-persuna kkonċernata fl-incidenti msemmija bhala persuna li hu ta’ fehma politika partikolari jew li b’xi mod ġabet ruħha b’dan il-mod għaliex tissaportja xi persuni fil-kamp politiku.

L-Assocjazjoni tikkonferma li ma ghanda l-ebda dettalji ta’ min hu dan il-persuna.

L-Assocjazjoni tiddeplora bi sħiħ dawn it-tip ta’ artikli f’dan il-każ minn One News li jużaw u jiġu mdawra artikli jew stqarrijiet taghna ghal-gwadann politiku.