Internazzjonali Lokali

Theżżiża ‘il barra minn Kreta tinħass f’Malta

Ħafna ħassew theżżiża żgħira fil-ħin li għaddew, b’mod partikolari lokalitajiet fil-Lvant ta’ Malta. Kelliem għaċ-Ċentru Siżmiku għall-Universita’ ta’ Malta ikkonferma li t-theżżiża li nħasset kienet marbuta ma’ terremot ta’ qawwa 6.2 fuq l-iskala Richter ‘il barra mill-kosta ta’ Kreta.

Diversi lokalitajiet ħassew it-theżżiża fosthom fin-Naxxar, San Ġiljan, iż-Żejtun, il-Belt Valletta u partijiet oħra fil-Lvant ta’ Malta.

It-theżżiża seħħet għall-ħabta ta’ 8.23 a.m. ħin lokali.