Is-sigħat li ġejjin huma sigħat kruċjali u ta’ tensjoni għal Joseph Muscat. Ix-xhieda ta’ Melvin Theuma se tkun qed tpoġġi pressjoni ġdida fuq Joseph Muscat biex jirriżenja.
Il-mistoqsija ewlenija t’issa hija jekk Theuma hux se jsemmi lil Fenech, lil Schembri jew lit-tnejn bħala l-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li seħħ fi 16 t’Ottubru 2017.
Theuma ngħata l-Maħfra Presidenzjali bir-rakkomandazzjoni stess tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Joseph Muscat ħa din id-deċizzjoni meta Keith Schembri rriżenja minn Chief of Staff tiegħu.
Meta Theuma ngħata l-Maħfra, is-suspettat ewlieni Yorgen Fenech talab ukoll il-Maħfra Presidenzjali u ntqal li qal li Keith Schembri kien il-moħħ wara l-assassinju u qed jipprova jaħrab mill-ġustizzja, fejn ukoll l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru uża lit-tabib ta’ Yorgen Fenech, Adrian Vella, biex iwassallu messaġġ dirett biex ma jikxfux.
Infatti t-tabib Adrian Vella ammetta li għadda messaġġ ta’ Keith Schembri lin-negozjant Yorgen Fenech sabiex jitfa’ fuqu xi forma ta’ pressjoni.
Rapporti qalu li Keith Schembri kien se jkun ta’ għajnuna biex Fenech jaħrab mill-pajjiż.
Il-mistoqsija ewlenija t’issa hija jekk Theuma hux se jsemmi lil Fenech, lil Schembri jew lit-tnejn bħala l-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li seħħ fi 16 t’Ottubru 2017.
//= $special ?>