Lokali

“Army Gate kienet ċajta; Malta Gate hu qtil” – is-suldat Godwin Schembri

Is-suldat li tkeċċa mill-armata wara filmat illi ġibed bil-mobile tax-xatba li kienet għamlet l-AFM f’Pembroke, esprima r-rabja sinċiera tiegħu għal dak li għaddej bħalissa f’pajjiżna.

Il-bombardier Godwin Schembri kiteb post fuq Facebook fejn indirizzat lill-eks Chief of Staff ta’ Muscat.

“It-Tnejn li aħna kunjomna Schembri…it-Tnejn li aħna konna naħdmu mal-Gvern u t-Tnejn li aħna l #Gate fottietna sieħbi!”, kiteb is-suldat.

“Differenza żgħira – jien kont suldat u int kont Chief of Staff”.

“ARMY GATE” kienet ċajta.”MALTA GATE” huwa #Murder. Jien: tirt mil-lum għall-għada b’mara tqila u mesħu l-art bija fuq il-media. Lilek: proteġewk għal sentejn, ma tkeċċejtx, qlajt proset u waqt li kont id Depot irringrazzjawk wkoll!”

Il-filmat tal-bumbardier Schembri

Godwin Schembri jtemm il-messaġġ tiegħu bil-frażi “Only In Malta”.

Schembri kien preżenta protest ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn qed jallegga li huwa tkeċċa b’mod inġust u li għandu jerġa’ jingħata l-impieg lura. Godwin Schembri, tkeċċa mix-xogġol f’Novembru tal-2018 fuq akkużi ta’ ħsara li għamel lill-Forzi Armati ta’ Malta.