Net News jista’ jiżvela li n-negozjant Yorgen Fenech, tramite l-avukati tiegħu, għamel talba uffiċjali lill-Kummissarju Laurence Cutajar sabiex ineħħi lill-Ispettur Keith Arnaud minn fuq l-investigazzjoni marbuta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
It-talba tispeċifika diversi raġunijiet għaliex Arnaud għandu jitneħħa, u r-rabtiet mill-qrib li hu għandu ma’ Keith Schembri.
Din l-ittra tagħmel allegazzjonijiet serji ħafna. Fost l-oħrajn, jissemma’ kif Keith Arnaud kien kontinwament jinforma lil Keith Schembri f’liema stadju kienu waslu l-investigazzjonijiet marbuta ma’ dan l-assassinju.
Yorgen Fenech qed jagħmel allegazzjonijiet ta’ piż kbir fil-konfront ta’ Keith Arnaud. Tant illi hu qed jgħid li meta ġie arrestat fl-20 ta’ Novembru li għadda, Arnaud kien qal lil Fenech “kun responsabbli” f’dak li tgħid.
L-ittra issemmi wkoll kif Keith Schembri kien għen lill-mara tal-Ispettur Arnaud biex issib job ma’ Infrastructure Malta. Jidher li l-eks Chief of Staff ta’ Muscat kien daħħalha f’dan l-impjieg fl-14 ta’ Jannar 2019.
Intant, fi stqarrija maħruġa illejla stess, Infrastructure Malta ikkonfermaw l-istorja dwar l-impjieg li ingħatat din il-persuna fil-bidu ta’ din is-sena. Hi kienet impjegata bħala clerical officer.
//= $special ?>