Sewwieq ta’ mutur, li hu Malti, ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ttajjar f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ ftit wara t-20:30 meta r-raġel kien ħiereġ minn Triq Sant Andrija, f’Ħal Luqa għar-roundabout. Kien hawn li ntlaqat minn vettura li baqgħet sejra.
Fil-post issejħet ambulanza, li ħadet lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei. L-ewwel indikazzjonijiet huma li r-raġel sofra ġrieħi gravi, kawża ta’ ksur.
//= $special ?>