Lokali

Ħtieġa ta’ azzjoni u li ssir ġustizzja – Kamra tal-Kummerċ

Ħtieġa li ssir azzjoni u li titwettaq il-ġustizzja. Dan qalitu l-Kamra tal-Kummerċ permezz ta’ stqarrija fejn tenniet li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna ġiet imtappna.

Il-Kamra tenniet li f’dan il-mument irridu naġixxu b’responsabbiltà u nisguraw li ssir ġustizzja filwaqt li talbet għall-maturità politika.

Hija qalet li għan-nom tal-etika ta’ negozji hija appellat biex fil-prattika jkun hawn maturità politika, b’kawtela u responsabbiltà f’dan il-mument tant ta’ sfida fl-istorja riċenti tal-pajjiż.

L-istqarrija kompliet li r-rallies politiċi se joħolqu aktar insigurtà li se jirriflettu b’mod negattiv anki f’xenarju internazzjonali.

Il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-politiċi biex jaġixxu għas-sewwa, u fl-immedjat inaddfu isem Malta, dan fl-interess nazzjonali.