Ftit tal-ħin ilu, il-Kummissarju tal-Pulizija kkonferma li l-Ispettur Keith Arnaud għadu parti mill-investigazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-kummenti ta’ Laurence Cutajar lil Net News jaslu ftit tas-sigħat biss wara li dan is-sit żvela esklussivament l-akkużi serji li qed jagħmel in-negozjat Yorgen Fenech fil-konfront ta’ Keith Arnaud.
