Lokali

JANNAR 2018: Muscat kien qal lill-BBC li lest JIRRIŻENJA “mal-iċken evidenza”

Minflok jirriżenja...isejjaħ mass meeting

Minflok jerfa’ r-responsabbilta’ politika, Joseph Muscat nhar il-Ħadd se jkun qed iniżżel lin-nies fit-toroq għal mass meeting fil-Fgura – Prim Ministru li bħalissa jinsab affaċjat b’akkużi serjissimi, u l-istess Prim Ministru li sa sena ilu kien qed jgħid li hu “jirriżenja” kemm-il darba toħroġ l-iċken evidenza.

Joseph Muscat kien għamel din id-dikjarazzjoni ta’ piż enormi fuq il-BBC, meta kien intervistat f’Jannar 2018 minn John Sweeney.

F’din l-intervista, Muscat kontinwament jipprova jgiddeb il-provi li kienet ippubblikat il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia meta żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers u 17 Black.

Quddiem il-fatti ġodda li ħarġu fl-aħħar jiem, Muscat lanqas biss kien kapaċi jkeċċi liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri – l-istess persuna li meta faqqa’ l-iskandlu ta’ 17 Black…ftit qabel l-elezzjoni ġenerali kien irrefera għal Joseph Muscat bħala “il-ħabib” tiegħu.

Anzi, dak iż-żmien kien żvela wkoll li hu kien lest jirriżenja iżda kien il-Prim Ministru stess illi waqfu milli jagħmel dan.

Schembri kien temm il-messaġġ tiegħu fuq Facebook billi qal “l-aqwa żmien għal pajjiżna għadu ġej.”