Lokali

“Jekk Muscat se jkompli jipprova jirbaħ il-ħin, is-sitwazzjoni għal pajjiżna se tiggrava”

Il-Prim Ministru jaf li jekk se jkompli jipprova jirbaħ il-ħin u ma jerfax ir-responsabbiltà politika tiegħu, is-sitwazzjoni għal pajjiżna se tiggrava.

Iddikjara dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, li waqt il-programm Dissett innota kif dan kollu qed iġib ħsara lil pajjiżna.