Lokali

Il-ġustizzja ma tistax isseħħ sakemm Muscat jibqa’ Prim Ministru

Ħudu d-deċiżjonijiet fl-uniku interess tal-pajjiż - jappella Adrian Delia

“Pajjizna huwa ostaġġ ta’ sitwazjoni bla preċedent – Ma kull siegħa li tgħaddi, ir-reputazjzoni ta’ pajiżna qed issofri ħsara irreparabbli.”

Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia f’messaġġ lill-pajjiż fid-dawl tal-aħħar żviluppi li qed iseħħu bħalissa f’pajjiżna.

Bl-iżviluppi li seħħew matul il-ġurnata…. li jindikaw li Joseph Muscat u Keith Schembri kienu jattendu flimkien laqgħat tas-servizzi sigrieti u li f’mument minnhom Keith Schembri talab li ma jridx jibqa’ jattendi…. issa l-PM ghandu jwaqqaf dan kollu illum qabel għada.C

Adrian Delia spjega li aktar kmieni din il-ġimgħa kien għarraf lill-President Gorg Vella dwar din il-kwistjoni perikoluża. U matul il-ġurnata tal-Ħamis, reġa’ ltaqa’ mal-President u għamillu l-appell sabiex issir kull ħaġa permesssa mil-ligi tagħna.

Għal darb’oħra il-Kap tal-PN tenna li Muscat għandu jirrizenja minnufih għall-aqwa ġid ta pajiżna.

F’dawn iċ-ċirkostanti, il-preżenza ta’ Muscat li jibqa’ fil-kariga hija l-ikbar theddida għad-demokrazija.