Lokali

Keith Schembri rilaxxat mill-Pulizija

Il-Pulizija, fi stqarrija ta’ żewġ linji, ħabbret li Keith Schembri ġie rilaxxat mill-arrest wara investigazzjonijiet intensivi li saru fl-aħħar jiem.

Hu kien qed jinżamm arrestat dwar allegazzjonijiet li saru minn Yorgen Fenech fil-konfront tiegħu, b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Pulizija tiddikjara li “f’dan l-istadju ma tħossx il-ħtieġa li jinżamm aktar taħt arrest.”

Dan l-iżvilupp iseħħ wara li dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikajra li jittama li l-investigazzjonijiet jiġu fi tmiemhom “fis-sigħat li ġejjin.”