Lokali

“Kważi nofs miljun biex tinqatel Caruana Galizia” – rapporti

Hekk kif Keith Schembri u Yorgen Fenech għadhom miżmuma mill-Pulizija u qed jiġu interrogati, l-aħħar rivelazzjonijiet issa juru li l-investigaturi kien ilhom iktar minn sena jsegwu t-telefonati ta’ Yorgen Fenech u Melvin Theuma.

MaltaToday qed tirrapporta li dawn it-telefonati jinsabu f’idejn il-Maġistrat u mistennija jintużaw bħala prova.

Magħhom, il-Maġistrat għandu wkoll recordings li b’mod sigriet irrikordja Melvin Theuma u li fost oħrajn fihom ammissjoni li Fenech offra kważi nofs miljun ewro biex it-tliet akkużati bl-assassinju jwettqu d-delitt.