Internazzjonali

L-Istati Uniti: Evakwati wara splużjoni f’impjant tal-kimika

Madwar 60,000 persuna spiċċaw evakwati miz-zona ta’ madwar Port Neches, fl-Istat ta’ Texas, wara numru ta’ splużjonijiet f’impjant tal-kimika fl-inħawi. L-impjant spiċċa maħkum min-nirien, fost rapporti li ndarbu l-ħaddiema fl-isplużjoni inizjali.

L-ewwel splużjoni, f’nofs il-ġimgħa, kienet segwita b’sensiela ta’ splużjonijiet sekondarji, bl-awtoritajiet jibqgħu ma jafux il-kaġun tagħhom.  Wara dawn l-isplużjonijiet kienet seħħet oħra kbira li attivat id-direttiva għall-evakwazzjonijiet.

Iz-zona għall-evakwazzjoni qed tkopri 6.4 kilometri ta’ territorju fil-madwar tal-faċilità u li tiġbor fiha l-ibliet ta’ Port Neches, Groves, partijiet minn Nederland u Port Arthur. Dan meta mhux ċert meta n-nies evakwati se jitħallew jirritornaw lejn djarhom.