Lokali

”L-unika deċiżjoni għandha tkun li jitkeċċa Joseph Muscat” – Adrian Delia

Illejla qed issir laqgħa tal-Kabinett imsejħa mill-Prim Ministru li għaliha qed jattendu l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali aktarx sabiex tiġi diskussa l-maħfra Presidenzjali lil Yorgen Fenech.

Fl-istess waqt li qed issir il-laqgħa ġie rilaxxat Keith Schembri mill-Pulizija. Dan jindika li l-laqgħa qegħda tiddiskuti kwistjonijiet li jirrigwardjaw wieħed minn fosthom stess.

Id-deċiżjoni se tittieħed min-nies li propju ftit ġranet ilu esprimew fiduċja f’Joseph Muscat.

Fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr kif illejla dawk miġbura f’Kastilja ma jibqgħux Onorevoli, skond il-ġurament tal-ħatra jekk ma jiddeċidux li jħarsu s-saltna tad-dritt u jkeċċu lil Joseph Muscat.