Lokali

“L-Unjoni Ewropea ma’ tistax tibqa’ siekta quddiem dak li għaddej f’Malta” – Manfred Weber

Manfred Weber, li jmexxi l-Partit Popolari Ewropew appella lill-Unjoni Ewropea biex ma tibqax siekta quddiem dak li għaddej f’Malta.

Waqt li kien qed jindirizza lill-Parlament Ewropew, hu rrefera għar-riżenji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi, kif ukoll is-sospensjoni tal-Ministru Chris Cardona, Weber ikkundanna lill-Prim Ministru Joseph Muscat “li baqa’ jiddefendihom.”

Weber wissa’ li “s-sitwazzjoni f’Malta għandha riperkussjonijiet fuq il-proġett kollu Ewropew.” Dan waqt li qal li qtil ta’ ġurnalista b’konnessjonijiet politiċi ċari, għandu jħalli wkoll konsegwenzi politiċi ċari.

“Ejjew ngħollu leħinna lkoll flimkien,” qal Weber, bid-diskors tiegħu jkun segwit minn applaws komuni u twil madwar il-Parlament Ewropew.