Lokali

Mandat t’inibizzjoni kontra Keith Arnaud: appuntat għal għada fit-15:00

Esperti legali qed isostnu li l-fatt li l-mandat intlaqa', il-laqgħa tal-Kabinett għandha tieqaf immedjatament,

Yorgen Fenech, li qed ikun interrogat b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fetaħ kawża kostituzzjonali fil-Qorti.

Dan hekk kif ittra li bagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex Keith Arnaud ma jibqax imexxi l-investigazzjoni, ma ntlaqgħetx.

Fid-dawl ta’ dan, Yorgen Fenech akkumpanjat mill-avukati tiegħu Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri ta xhieda ġuramentata dwar l-allegazzjonijiet tiegħu li Arnaud kien qed jgħaddi lil Keith Schembri informazzjoni dwar l-investigazzjoni.

Dan wassal biex illejla l-Qorti tiftaħ b’urġenza, b’Yorgen Fenech, li għadu taħt arrest, jittieħed taħt skorta tal-Pulizija u sigurta stretta.

Il-mandat t’inibizzjoni ntlaqa’ u ġie appuntat għal għada fit-15:00.

Iktar kmieni: