Lokali

LIVE: Muscat għadu maqful f’Kastilja; ġurnalisti miġbura barra

19:20 – Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ġewwa Kastilja bil-ġurnalisti barra jistennew xi forma ta’ kjarifika dwar l-iżviluppi serji li kellna matul il-jum.

Dalgħodu, Muscat kien qal li mistennija żviluppi fis-sigħat li ġejjin.

17:40 – Infrastructure Malta fi stqarrija kkonfermat l-istorja
dwar l-impjieg li ingħatat din il-persuna fil-bidu ta’ din is-sena. Hi kienet impjegata bħala clerical officer.

Infrastructure Malta kienet qed tirreaġixxi għal storja esklussiva ta’ Net News, li fiha jingħad li
Keith Schembri kien għen lill-mara tal-Ispettur Arnaud biex issib job ma’ Infrastructure Malta.

Jidher li l-eks Chief of Staff ta’ Muscat kien daħħalha f’dan l-impjieg fl-14 ta’ Jannar 2019.

16:40 Membri Parlamentari fl-Olanda saqsew lill-Gvern tagħhom, permezz ta’ mistoqsijiet parlamentari, jekk jistgħux jafdaw iktar lil Malta.

Huma kienu qed jirreaġixxu għall-aħbarijiet li Keith Schembri kien qed jattendi laqgħat tas-Servizzi Sigrieti ta’ Malta waqt li kienu qed jiddiskutu lil Yorgen Fenech.

Fil-Parlament Olandiż, huma saqsew jekk jistgħux jafdaw iktar lil Malta b’informazzjoni kunfidenzjali mal-Gvern Malti, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat u s-servizzi sigrieti.

15:50 – Muscat se jieħu f’idejh il-Ministeru tal-Ekonomija; Chris Cardona mhux se jattendi l-laqgħat tal-Kabinett

15:30 – Rapport mill-kamra tal-aħbarijiet internazzjonali Reuters jitfa’ dawl ġdid dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fost oħrajn, Reuters tikkwota lill-mara ta’ Vince Muscat, wieħed mill-akkużati bil-qtil tal-ġurnalista, fejn tgħid li hu kien ilu sena li qal lill-Pulizija li ħa l-ordnijiet mingħand Melvin Theuma.

Madankollu, il-Pulizija arrestat lil Theuma biss ftit jiem ilu, mhux fuq il-qtil tal-ġurnalista iżda dwar ħasil ta’ flus. Dan wara ħidma konġunta mal-Europol.

Fl-istess waqt, fl-aħħar jiem, ħarġu aħbarijiet li Vince Muscat kien qed jitlob maħfra presidenzjali. Iżda minflok ingħatat lilu, ingħatat lil Melvin Theuma.

Reuters tiddikjara wkoll li l-akkużati bl-assassinju tagħha kien ilhom żmien twil isegwu l-passi ta’ Daphne Caruana Galizia.

Oriġinarjament huma ppjanaw li jisparawlha b’rifle li akkwistawha wara li kriminali Maltin xtrawha mingħand il-mafja Taljana. Meta ndunaw li kien diffiċli jagħmlu dan, minflok kisbu bomba.

15:00 – laqgħa fil-Palazz ta’ San Anton bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-President ta’ Malta

14:21 – il-President tar-Repubblika George Vella jħassar żjara f’Londra, li kien skedata fil-jiem li ġejjin

14:19 – il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ilu 15-il xahar jaf li Yorgen Fenech kien suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Caruana Galizia – Times of Malta

13:50 – moviment kbir fil-bini tal-Qorti

13:41 – “il-pajjiż qed jinżamm ostaġġ” – Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni

13:28 – is-sit LovinMalta jagħmel analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni preżenti u jindika li Keith Schembri jista’ jerġa’ jiddaħħal lura f’Kastilja kemm-il darba jkun hemm ċertu tip ta’ testimonjanza minn Melvin Theuma

13:24 – Joseph Muscat għadu fuq ġewwa ta’ Kastilja

13:05 – stqarrija mill-Kamra tal-Avukati :
“F’dan il-każ, il-kunflitti ta’ interess huma evidenti u jpoġġu riskju ċar fuq l-investigazzjoni u l-proċess ġudizzjarju”

12:39 – il-ġurnalist Kurt Sansone jgħid “l-ebda decizjoni li jieħu Joseph Muscat illum ma tgawdi kredibbilta f’għajnejn min jgħożż il-ġustizzja, anki jekk ikunu deċizjonijiet tajba u fl-interess tas-sewwa. Inkisret il-fiduċja u għalhekk hemm bżonn li Joseph Muscat iwarrab”

12:25 – kollox lest biex il-Prim Ministru, fil-ħin li ġej, jindirizza lill-media

12:10 – rapporti jindikaw li l-avukat tat-tabib Adrian Vella rrifjuta lill-klijent tiegħu; fi kliem sempliċi, l-avukat li kien qed jidher mat-tabib mhux se jibqa’ jiddefendih. It-tabib Vella qed ikun akkużat bħala l-persuna li wassal messaġġ lil Yorgen Fenech biex ma jikxifx lil Keith Schembri

11:50 – mistennija żviluppi importanti fil-minuti li ġejjin

11:40 – is-sit LovinMalta qed jirrapporta li Muscat iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech mtea kien diġa’ jaf li hu huwa s-suspettat ewlieni fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

10:50 – ħarsa lejn dak li seħħ dalgħodu quddiem Kastilja; il-Prim Ministru jittama li l-investigazzjonijiet ikunu konklużi fis-sigħat li ġejjin

10:43 – il-Parlament Ewropew iddeċieda li jibgħat missjoni urġenti f’Malta l-ġimgħa d-dieħla; dibattitu urġenti appoġjat anke mis-Soċjalisti Ewropej

10:11 – jidħol vann iswed fil-Lockup

10:05 – preżenza kbira ta’ ġurnalisti quddiem id-Depot

10:02 – “se nikkummenta biss wara li l-investigazzjonijiet ikunu spiċċaw” – Joseph Muscat lill-media barra Kastilja

10:00 – jasal Kastilja il-Prim Ministru

Il-protesti quddiem il-Parlament